Il-poplu Malti jidher li għandu livell għoli ta’ sodisfazzjon fix-xogħol tiegħu u fir-relazzjonijiet meta kkumparat mal-pajjiżi Ewropej, iżda huwa inqas sodisfatt dwar il-ħin liberu tiegħu.
Dan ħareġ minn studju li sar f’inzijattiva bejn il-Malta Foundation for the Wellbeing of Society u l-Università ta’ Malta – studju li kien ppreżentati fil-Parlament fil-preżenza tal-Ispeaker Anglu Farrugia bil-parteċipazzjoni tall-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Dubravka Šuica, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, u r-rettur tal-Università Alfred Vella.
Ir-riċerkatriċi Marie Briguglio qalet li l-konklużjoni ta’ dan l-istudju kienet mistennija hekk kif hemm tendenza li l-ħaddiema Maltin jaħdmu sigħat itwal mill-ħaddiena Ewropej.
Dawk li huma l-iktar sodisfatti bil-ħin liberu tagħhom huma l-anzjani, iżda f’din il-katergorija s-solitudni tinsab f’livell iktar għoli.
Marie Briguglio, li qed taħdem flimkien mal-ekonomisti Daniel Gravino u Melchior Vella, qalet li dan l-ewwel studju kien jinkludi data miġbura fl-2018 mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta bħala parti mill-Istħarriġ tal-UE dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien.
Dan l-istudju wera li s-sodisfazzjon tal-ħajja f’Malta kien ta’ 7.5 minn 10, ogħla mill-medja tal-UE. B’kuntrast ma’ dan, is-sodisfazzjon medju bl-użu tal-ħin kien ta’ 6.6 minn 10, meta mqabbel ma’ medja tal-UE ta’ 6.8.
L-istudju jikkonferma li dawk li huma materjalment imċaħħda, f’saħħa fqira u separati jew divorzjati jirrappurtaw livelli aktar baxxi ta’ benesseri minn oħrajn. Jidher ukoll li n-nies li jgħixu f’żoni b’aktar tniġġis tal-arja huma aktar probabbli li jirrapportaw li jesperjenzaw emozzjonijiet negattivi. L-istess jgħodd għal dawk li jgħixu f’żoni bil-kriminalità.
Min-naħa tagħha l-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca qalet li bhalissa qed nghixu punt kruċjali għad dinja kollha fejn kulħadd qed jaħdem fuq pjan għal wara li tgħaddi l-pandemija. Hija qalet li s-solitudni hi problema li qed taffettwa ħafna anzjani, filwaqt li hemm diversis persuni li għaddejjin minn ansjeta kbira.

