Lokali Unjoni Ewropea

Tissokta l-pressjoni biex issir diskussjoni urġenti fil-Parlament Ewropew

It-talba li saret mill-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber buex issir l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia jkunu diskussi fil-Plenarja tal-Parlamenat Ewropew ġiet oġġezzjonata mill-grupp tas-Soċjalisti Demokratiċi.

Permezz ta’ Tweet Weber qal li din it-talba se terġa’ ssir. Huwa qal li jrid juri lill-awtoritajiet Maltin li huma jinsabu taħt skrutinju internazzjonali u li qed jistennew li dawn l-istess awtoritajiet iwasslu biex issir ġustizzja.