Coronavirus Lokali Saħħa

STATISTIKA UFFIĊJALI: Malta bl-akbar ammont ras għal ras ta’ każijiet ta’ Covid-19

Meta mqabbla mal-Italja, Franza, l-Istati Uniti, il-Ġermanja u r-Renju Unit, Malta għandha l-akbar ammont ta’ każijiet ras għal ras, bi statistika tkun maħduma fuq miljun persuna, Malta f’ġimgħa jkollha medja ta’ 619.59.

Statistika minn John Hopkins University tixhed kif fl-aħħar ġimgħat is-sitwazzjoni tal-imxija f’Malta kompliet teskala, tant hu hekk li pajjiżi li kienu ħafna agħar minn Malta fl-aħħar xhur, issa spiċċaw f’sitwazzjoni ferm aħjar minnha.

Fl-aħħar sigħat il-każi attivi f’Malta u f’Għawdex baqgħu fuq it-3,000 meta kellna 243 każ ġdid. Fl-aħħar sitt ijiem Malta kellha 1,546 każ ġdid.