Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna tilef żewġ persuni oħra bil-virus tal-COVID-19 biex b’hekk l-ammont totali ta’ dawk li mietu bil-Coronavirus f’pajjiżna issa jammonta għal 363.
L-aħħar vittmi huma raġel ta’ 75 sena u mara ta’ 76 sena li mietu fl-Isptar Mater Dei.
Il-każi attivi f’Malta u f’Għawdex naqsu meta kellna 243 każ ġdid filwaqt li fiequ 334 persuna biex b’hekk l-attivi jammontaw għal 3,034.
Fl-aħħar sigħat il-perusni mlaqqmin b’mod sħiħ għall-kontra l-virus żdiedu b’762 u issa jammontaw għal total ta’ 41,621.
//= $special ?>