Raġel ta’ 37 sena ġie arrestat mill-Pulizija mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid fuq suspett li wettaq tliet serqiet bejn il-15 u s-16 ta’ Marzu li għaddew minn karozza fi Triq Mikiel Calleja, Raħal Ġdid u minn żewġ vannijiet fi Triq Kent, Fgura.
Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia.
//= $special ?>

