Huma 179 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 27, 694.
Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa mara ta’ 77 sena tilfet ħajjitha kawża tal-Covid-19 waqt li kienet tinsab rikoverata fl-Isptar Mater Dei.
Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna ammontaw għal 364 – 18-il mewta fl-aħħar ġimgħa biss, b’49 mewta s’issa dan ix-xahar, aktar mill-ammont kumplessiv irreġistrat fi Frar.
Intant fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 314 – bit-total ikun dak ta’ 24,432.
B’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 2,898.
Sal-Hamis it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 42,557.
//= $special ?>