Internazzjonali

Iċ-Ċina: L-ebda verdett fil-każ tan-negozjant Kanadiż akkużat dwar spjunaġġ

Il-proċess tal-qorti għal negozjant Kanadiż li qed ikun akkużat dwar spjunaġġ intemm mingħajr verdett fiċ-Ċina. Dan kien l-aħħar żvilupp fil-każ ta’ Michael Spavor…Każ li issa inbidel f’tilwima diplomatika bejn Beijing u l-Kanada.

Spavor kien arrestat sentejn ilu, flimkien mal-eks diplomatiku Kanadiż, Michael Kovrig, ftit jiem biss wara li l-Kanada kienet arrestat lil Meng Wanzhou; l- eżekuttiv ewlieni mal-kumpanija (Ċiniża) Huawei, li tispeċjalizza fit-teknoloġija għolja. L-arrest ta’ Meng kien seħħ fuq mandat maħruġ mill-Istati Uniti.

Intant, il-proċess ta’ Spavor tmexxa fil-belt ta’ Dandong u bil-Kanada qed takkuża liċ-Ċina dwar ‘diplomazija bażata fuq iż-żamma tal-ostaġġi’. Iċ-Ċina, intant, qed tiċħad għal relazzjoni bejn il-każi ta’ Spavor u Meng Wanzhou.