Futbol Sport

Ikomplu jiżdiedu l-problemi għal Parma

(Ritratt: EPA)

Wara r-rebħa sorpriża fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Roma, Parma sofrew telfa oħra ta’ 2-1 kontra Genoa. Kienu Parma li fetħu l-iskor wara 16-il minuta meta minn cross ta’ Juraj Kucka kien GRAZIANO PELLE li b’mod akrobatiku għamilhom 1-0.

Fit-tieni taqsima, Genoa ħarġu fuq l-offensiva u ġabu l-iskor indaqs fil-50 minuta permezz ta’ GIANLUCA SCAMACCA. Fid-69 minuta, l-istess SCAMACCA għamilhom 2-1 b’konklużjoni b’saħħitha minn barra l-kaxxa.

SERIE A

Illum: Parma v Genoa 1-2 Għada: Crotone v Bologna 3.00pm, Spezia v Cagliari 6.00pm, Inter v Sassuolo posp. Il-Ħadd: Verona v Atalanta 12.30pm, Juventus v Benevento 3.00pm, Sampdoria v Torino 3.00pm, Udinese v Lazio 3.00pm, Fiorentina v Milan 6.00pm, Roma v Napoli 8.45pm

Ikkummenta