The Malta Chamber għadha kemm nediet dokument, bl-isem ta’ ‘Rekomandazzjonijiet għal min iħaddem u l-Gvern biex tinħoloq kultura pożittiva u ta’ reżiljenza mal-ħaddiema matul il-COVID’, liema dokument jitkellem dwar kif wieħed jista’ jindirizza għadd ta’ sfidi li l-ħaddiema qed jesperjenzaw fuq il-post tax-xogħol matul din il-pandemija tal-COVID-19.
Dan sar wara diskussjoni li saret bejn dawk li jħaddmu fejn irrikonoxxew il-fatt li l-ħaddiema qed jesperjenzaw stress fuq il-post tax-xogħol hekk kif bdew jiġu implimentati numru ta’ miżuri b’effett immedjat fid-dawl tal-pandemija. Dan wassal għal sfidi fix-xogħol bejn il-ħaddiema fis-sezzjonijiet kollha.
Ma’ dan kien innutat ukoll in-nuqqas ta’ effiċjenza fejn jidħol l-użu tat-teknoloġija meta wieħed kien obbligat li jevita n-nies minħabba l-imxija.
Wieħed jista’ jsib dan id-dokument billi jidħol fuq is-sit ta’ The Malta Chamber.
