19 ta’ Marzu… Il-Festa ta’ San Ġuzepp.. festa li ġġib magħħa diversi tradizzjonijiet inkluż fejn jidħol l-ikel.
Ħafna nies jabbinaw din il-Festa maż-Żeppoli u l-Isfineġ ta’ San Ġużepp… tip ta’ għaġina moqlija fiż-żejt u mimlija bl-irkotta ħelwa…li tinżel tajjeb kemm maż-żgħar kif ukoll mal-kbar.
Net News żar żewġ kumpaniji rinomati mal-produzzjoni ta’ ħelu u deżerti fejn rajna ftit metodi differenti ta’ kif isiru ż-Żeppoli.
Dan hekk kif hawn diversi metodi ta’ kif wieħed jimla dawn il-ħelu… hawn min jimlihom bl-irkotta ħelwa mħalta bil-biċċiet taċ-ċikkulata u konfettura filwaqt li jiksihom bl-għasel u l-lewż. Kif ukoll hawn min jimlihom bl-irkotta ħelwa biss u jiksihom bl-icing sugar sabiex tiżdied it-togħma ħelwa…
Tkellimna ma’ Sebastian Debono u Vince Saffrett fejn staqsejnihom x’inhuma l-preparamenti għall-produzzjoni ta’ dan il-ħelu
Huma saħqu li jipproduċu eluf ta’ Zeppoli kull sena u dan għaliex d-domanda għalihom ta’ kull sena tissaħħaħ
//= $special ?>