Futbol Saħħa

Leeds United jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Leeds United irritornaw għar-rebħ wara tliet partiti meta barra minn darhom għelbu lil Fulham 2-1. Luke Ayling ħaseb li fetaħ l-iskor għal Leeds wara tmien minuti bil-gowl tiegħu jkun mħassar għall-offside.

It-tim ta’ Marcelo Bielsa għamel dan fid-29 minuta meta minn cross ta’ Jack Harrison, kien PATRICK BAMFORD li kkonkluda għal 1-0. Fulham wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs għaxar minuti wara b’konklużjoni b’saħħitha ta’ JOACHIM ANDERSEN. Fit-tieni taqsima, Leeds ħarġu fuq l-offensiva u kien RAPHINHA li skorja dak li kellu jkun l-gowl tar-rebħa fit-58 minuta wara li kkonkluda pass tajjeb ta’ Bamford.

PREMIER LEAGUE

Illum: Fulham v Leeds 1-2 Għada: Brighton v Newcastle 9.00pm Il-Ħadd: West Ham v Arsenal 4.00pm, Aston Villa v Tottenham 8.30pm

FA CUP

KWARTIFINALI: Għada: Bournemouth v Southampton 1.15pm, Everton v Man City 6.30pm Il-Ħadd: Chelsea v Sheff Utd 2.30pm, Leicester v Man Utd 6.00pm