Żagħżugħ mill-Ghana qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura il-Ġimgħa filgħaxija fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa meta għal xi raġuni mhux magħrufa l-vittma ta’ 28 sena ttajjar minn karozza misjuqha minn żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien.
Fil-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-barrani l-isptar għal aktar kura.
//= $special ?>