Lokali

“Aktar milli min aħna, inħoss li ser niddiskutu min sirna.. għax aħna socjeta’ li tevolvi u tindibel” – President George Vella

Il-President ta’ Malta George Vella llum habbar li f’Gunju se ssir konferenza nazzjonali bit-tema “L-Istat ta’ Nazzjon”.

Bi preparazzjoni ghal din il-konferenza, George Vella tkellem dwar stħarriġ xjentifiku li se jsir fix-xhur li ġejjin u li mistenni jezamina kif l-identita’ Maltija qed tevolvi…. u x’jiddefinixxi lill-poplu Malti.

Il-Konferenża ser tibda b’dan l-istharrig xjentifiku fejn ser jiehdu sehem madwar 1,000 persuna. Fl-istħarriġ ser jiġu annaliżati diversi temi…. fosthom ir-reliġjon, il-kultura, ix-xogħol, l-għażliet li jagħmel persuna ta’ kuljum, id-drittijiet, il-politika, l-aspett finanżjarju u diversi elementi oħra. Dan kollu ser ikun qed jiġi annaliżat minn diversi gruppi tas-soċjeta’ Maltija fosthom zgħazagħ, anżjani, ħaddiema, u ħafna gruppi oħra li jikkaraterizzaw l-popolazzjoni taghna.

L-għan ewlieni ta’ dan l-istħarriġ nazzjonali hu sabiex il-poplu Malti u Ghawdxi jkun jista’ jsemma leħnu u jagħti l-opinjoni tiegħu qabel diversi esperti jiddiskutu l-istat Nazzjonali minn diversi aspetti.

Il-President ta’ Malta George Vella stqarr illi wara li jsir dan l-istħarriġ xjentifiku bit-tema ‘l-Istat tan-Nazzjon’, ser issir konferenża Nazzjonali fl-4 ta’ Gunju … fejn b’kollox se jippartecipaw 29 kelliema u 6 moderaturi minn diversi oqsma tas-soċjeta’ f’diskussjoni relatata mal-għaqda Nazzjonali.

Intant, waqt din l-konferenża tkellmu wkoll il-kelliema l-espert tal-istatistika Vincent Marmara kif ukoll Lou Bondi illi spjegaw li l-għan tagħhom hu li dan l-eżerċizzju possibilment jirrepeti ruħu kull sena jew sentejn.