Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 5 fatalitajiet oħra

Fl-aħħar sigħat 5 persuni oħra tilfu ħajjithom kawża tal-COVID-19. Il-vittmi huma żewġt irġiel ta’ 68 u 85 sena u tliet nisa – tnejn minnhom ta’ 74 sena u mara oħra ta’ 84. Huma kienu kollha rikoverati fl-Isptar Mater Dei. B’hekk it-total ta’ vittmi issa jlaħħaq is-369.

Tħabbar ukoll li kien hemm total ta’ 210 każi ġodda pożittivi għal dan il-virus. Apparti dawn kienu 230 il-persuni li fiequ.

S’issa ngħataw ftit iktar minn 140,000 doża tal-vaċċin, b’iktar min 43,000 persuna jieħdu t-tieni doża.

It-total ta’ każi attivi issa niżel għal taħt it-3,000, bit-total ta’ dawk li fiequ jammonta għal iktar minn 24,000 persuna.