Lokali

AĠĠORNATA: Keith Schembri u Brian Tonna interrogati mill-Pulizija

Akkużi serji ta' tixħim u eluf li għaddew f'kumpaniji sigrieti li fetħu Nexia BT fil-British Virgin Islands

12:55am – Minn hawn se ndawwru ħarsitna fuq il-Qorti, fejn dalwaqt jitressqu l-ewwel persuni

11.13am – Toħroġ il-vettura tal-pulizija mill-garaxx tal-binja tal-ECU għalkemm mhux ċar min kien hemm fil-vettura

11:00am – Fuq il-post wasal il-vann tal-ħabs li daħal mill-garaxx tal-bini tal-ECU, mhux magħruf minn ser ikun qed jinħareġ f’dan il-vann.

10:50am – Jaslu aktar persuni nvoluti mal-kumpanija finanzjarja Zenith fosthom Lorraine Falzon

10:33am – Nikkonfermaw li Brian Tonna, l-istess bħal Karl Cini, jinsab fuq ġewwa tal-binja fejn għaddejin l-interrogazzjonijiet

10:31am – Ebda movimenti fuq barra tal-ECU; komplu segwuna għall-aħħar aġġornamenti

10:29am – Wara tliet sigħat fil-Ħamrun, l-uniċi ġurnalisti li mhumiex preżenti huma dawk ta’ One News

9:50am – Il-membri tal-media għadhom miġbura barra l-bini tal-ECU, filwaqt illi mhux eskluż li aktar tard ikollna persuni li jitressqu l-Qorti

9:45am – Jasal Keith Schembri fil-binja tal-ECU fil-Ħamrun

Ritratt: Joseph Galea

9:35am – Tasal fil-bini tal-ECU l-avukat Veronique Dalli

9:13am – Jasal l-eks Direttur tat-Times, Vince Buhagiar – il-persuna li kien responsabbli mill-Allied Group qabel Adrian Hillman.

Intant, Net News għadu kif żvela li Hillman bħalissa ma jinsab f’pajjiżna, u allura hemm ċans kbir li ma jitressaqx illum.

9:11am – Il-ġurnalisti għadhom qed jistennew il-wasla tal-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat

8:50am – Tasal fl-ECU il-mara ta’ Keith Schembri, Josette Schembri Vella

Ritratt: Joseph Galea

8:36am – Jasal Matthew Pace, direttur tal-kumpanija Zenith; Pace kien ukoll il-persuna li jieħu ħsieb “l-investimenti” ta’ Keith Schembri

8:35am – Preżenza kbira ta’ ġurnalisti quddiem il-bini tal-ECU fil-Ħamrun fejn għaddejin l-interrogazzjonijiet

8:32am – Jasal Karl Cini, eks Direttur ta’ Nexia BT

8:30am – Jaslu l-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo, li qed jiddefendu lill-eks Chief of Staff ta’ Kastilja Keith Schembri

Karl Cini

Dalgħodu, numru kbir ta’ persuni qed jiġu interrogati mill-Pulizija b’rabta mal-eluf ta’ ewro li allegatament kienu għaddew bejn Keith Schembri u Adrian Hillman – akkużi serjissimi ta’ tixħim illi dwarhom kienet ukoll infetħet inkjesta, mitluba mill-eks Kap tal-PN Simon Busuttil. Liema inkjesta fil-fatt ġiet konkluża ġimgħat ilu.

Ritratti: Joseph Galea

Rappurtaġġ: Sherona Debono, Maria Francalanza, Robert Cremona

Filmati: Steve Psaila