“Illum huwa pass żgħir ieħor biex issir ġustizzja fuq każ li kien inkixef minn Daphne Caruana Galizia u li nbdiet inkjesta dwaru fuq talba ta’ Simon Busuttil.Illum huwa episodju ieħor li jkompli jikkonferma kif klikka kriminali ħatfet il-Gvern Laburista u mbagħad ħatfet l-istituzzjonijiet biex ħadd minnhom ma jiffaċċja l-ġustizzja.” Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech b’rabta mal-iżviluppi li seħħew is-Sibt.
Bernard Grech kompla jgħid li “Illum huwa episodju ieħor li jikkonferma kemm pajjiżna għandu bżonn minnufih idawwar paġna ġdida u jagħlaq darba għal dejjem kapitlu iswed ħafna fl-istorja tiegħu.Dan hu pass ieħor biex nibdew innaddfu isem pajjiżna.”
//= $special ?>