Tħabbret il-mewt ta’ Emidio Grech, eks player ta’ Lija Athletic fl-età ta’ 70 sena. Grech lagħab għal Lija fl-istaġuni 1965/66, 1971/72, 1978/79 u 1979/80 biex b’hekk lagħab 38 partita.
Grech issieħeb ma’ St. George’s fejn saħansitra kien parti mit-tim li rebaħ il-kampjonat fl-1973/74 biex b’hekk il-klabb mill-Kottonera kiseb post fl-ogħla diviżjoni fejn irnexxielu wkoll jirbaħ il-kompetizzjoni ta’ knock-out.
//= $special ?>