Futbol Sport

Imut Peter Lorimer, l-aqwa skorer ta’ Leeds United

Tħabbret il-mewt tal-aqwa skorer ta’ kull żmien għal-Leeds United, Peter Lorimer, fl-eta’ ta’ 74 sena. l-eks plejer internazzjonali Skoċċiż skorja 238 gowl f’705 partiti għal-Leeds United.

Lorimer rebaħ diversi titli fil-karriera tiegħu fosthom żewġ kampjonati, l-FA Cup u League Cup, taħt il-gwida tal-kowċ leġġendarju Don Revie. Il-klabb ta’ Leeds ħabbar li Lorimer ħalla din id-dinja wara battalja twila ma’ marda terminali.

Lorimer lagħab ukoll 21 darba mat-tim Skoċċiż fejn lagħab it-tliet partiti fit-Tazza tad-Dinja tal-1974 fil-Ġermanja, fejn kien skorja fir-rebħa ta’ 2-0 kontra iż-Żaire ( DR Congo).