Ir-Renju Unit qed iwissi li das-Sajf se jkun diffiċli ferm li jkun hemm vaganzi barra l-pajjiż. Dan hekk kif jista’ jkun ta’ periklu kbir li dawk il-persuni li jivvjaġġaw jġibu lura varjanti ġodda tal-virus li jistgħu jkunu inqas suxxettibbli għall-vaċċini.
Intant, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson l-Ġimgħa ħa l-vaċċin tal-Astra-Zeneca filwaqt li appella lill-pubbliku sabiex jieħu t-tilqima għal kontra l-COVID-19. Is-sena l-oħra Johnson kien għamel diversi jiem rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva wara li kien pożittiv għal dan il-virus.
U qed ikompli jikber it-tħassib dwar it-tielet mewġa ta’ coronovirus madwar l-Ewropa kollha bil-Ġermanja tkun fost l-iktar pajjiżi li qed tirreġistra żieda ta’ każi pożittivi.
Għoxrin pajjiż Ewropew qed jirraportaw żieda sostanzjali fin-numru ta’ każi pożittivi, bi 15-il pajjiż jgħidu li rreġistraw żieda fin-numru ta’ persuni li qed jidħlu l-Isptar għall-kura.
Dan qed iwassal biex diversi pajjiżi kellhom iżidu fir-restrizzjonijiet tagħhom bi Franza u l-Polonja jaffaċċjaw partial lockdown.
//= $special ?>