L-Irlanda kisbu rebħa dominanti fuq l-Ingilterra meta fl-Aviva Stadium ta’ Dublin rebħu 32-18, biex b’hekk temmew dak li kien bħala tournament inkonsistenti fuq nota pożittiva. F’partita perfetta mill-Irlanda, kienu tries minn Keith Earls u Jakc Conan li aċċertaw mir-rebħa.
Wara t-telfa kontra l-Iskozja t-tim Ingliż sofra telfa kontra l-Irlanda u Wales fl-istess tournament għall-ewwel darba sa mill-1976 f’tournament meqjus bħala wieħed diżappuntanti.
L-Iskozja rritornaw għar-rebħ fis-Six Nations hekk kif f’partita li ddominaw, huma għelbu lill-Italja 52-10 b’rebħa f’Murrayfield. Din kienet l-ewwel rebħa għall-Iskozja f’darhom f’dawn il-Kampjonati hekk kif tilfu kontra Wales u l-Irlanda wara r-rebħa fuq l-Ingilterra f’Twickenham sa mill-1983.
Minkejja li kellhom bidu tajjeb l-Italja, li issa ilhom 32 partita ma jirbħu fis-Six Nations, tries minn Dave Cherry u Duhan van der Merwe dawwru r-riżultat favur tagħhom biex irnexxielhom jirbħu l-konfront 52-10, b’dan ir-riżultat ikun l-aqwa wieħed għall-Iskozja fis-Six Nations.
//= $special ?>