Lokali

AĠĠORNATA: Rapporti li Adrian Hillman jinsab ir-Renju Unit

Sorsi qrib id-Depot tal-Pulizija qed jindikaw li l-eks Direttur Maniġerjali tat-Times, Adrian Hillman, jinsab ir-Renju Unit.

Jekk dan jiġi konfermat mija fil-mija, jfisser li Hillman mhux se jkun fost il-persuni li possibbilment jitressqu l-Qorti aktar tard illum.

Intant, jidher li l-Pulizija għall-ewwel darba minn kemm ilu li r-Renju Unit ħareġ mill-UE se tkun qed tuża s-Surrender Agreement biex Hillman ikun jista’ jinġieb Malta. Dan il-fethim jiskatta f’każ li pajjiż tal-UE u r-Renju Unit ikunu qed jikkoperaw fuq fast-tracking ta’ estradizzjoni.