Il-kumitat organizzattiv ta’ Tokjo 2020 iddeċieda li l-Olimpjadi li se jsiru s-sajf li ġej se jsiru mingħajr partitarji u voluntiera barranin, minħabba ir-riskji marbuta mal-Covid 19.
Din id-deċiżjoni ttieħdet bi qbil bejn l-IOC, l-organizzaturi lokali, il-gvern Ġappuniż u l-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali. Waqt li kien qed jitkellem f’laqgħa virtwali, il-kap tal-kumitat organizzativ Toshiro Muto, stqarr li jridu jinġabru lura madwar 600,000 ticket għall-Olimpjadi u 30,000 għal-Logħob Paralimpiku.
Bħalissa Tokjo tinsab fi stat ta’ emerġenza minħabba l-pandemija fejn madwar 454,300 każ kienu rraportati mill-bidu tal-pandemija ‘l hawn, bil-persuni mejta jilħqu it-8,700. Lil’ hinn mill-Covid 19, l-Olimpjadi kienu milquta wkoll minn serje ta’ riżenji minn persuni importanti fil-kumitat organizzativ, minħabba kummenti sessisti.
Fl-Olimpjadi u l-Logħob Parlimpiku se jkunu nvoluti madwar 15,440 atleta minn madwar 200 pajjiż differenti, fejn il-maġġoranza tagħhom se jkunu qegħdin f’bubble, minħabba l-pandemija.
//= $special ?>