Minħabba nuqqas ta’ miżuri f’waqthom u ppjanar, illum qed nirriskjaw kollas fis-sistema tas-saħħa f’pajjiżna..
stqarrew dan il-Kelliema għall-anzjani u l-kura fil-Komunita Maria Deguara kif ukoll il-Kelliem għas-saħħa u r-rispons għall-pandemija Stephen Spiteri waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Minn naħa tiegħu, Stephen Spiteri saħaq li is-servizzi fis-settur tas-saħħa f’pajjiżna huma eżewriti dan minħabba li hemm ‘overload’ fil-każi li jridu jirċievu il-kura. Tobba u Nurses ta’ kuljum qed jissieltu sabiex ilaħħqu mal-piż tal-pazjenti li ta’ kuljum qed jiġu kkurati fis-swali fl-isptarijiet.
Huwa saħaq li s-swali huma ‘full-up’ filwaqt li fit-taqsima tal-kura intensiva hemm ‘l fuq minn 30 persuna tingħata l-kura kontra l-Covid19… l-ogħola rata ta’ nies fl-ITU mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna lura lejn Marzu tal-2020.
Stephen Spiteri stqarr ukolll li matul l-ewwel mewġa ta’ din il-pandemija, il-Gvern ħaseb għal aktar affarijiet milli qed jaħseb issa meta llum għandna sitwazzjoni ħafna agħar u m’għandnix back-up
Maria Deguara, minn naħa tagħha saħqet li fl-isptarijiet m’għandnix biss nies li huma morda bil-COVID-19 izda il-mard l-ieħor xorta waħda għadu għaddej u rridu naffaċjawh ukoll.
Hija stqareet li kieku il-Gvern ma bihx l-isptarijiet, kieku llum m’għandnix il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod sabiex kulħadd jingħata il-kura li verament jistħoqqlu.
Maria Deguara saħqet ukoll li ftit huma dawk li jirrealizzaw li s-sitwazzjoni preżenti ser ikollha effett aktar ‘l quddiem minħabba operazzjonijiet u follow ups li qed jiġu posposti…
//= $special ?>