Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident fil-Mellieħa

Raġel ta’ 41 sena li jgħix il-Mellieħa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku, fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-10.45am fi Triq Selmun, Mellieħa.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li l-vittma skidja bil-mutur Suzuki li kien qiegħed isuq b’konsegwenza li ħabat ma’ vettura Opel Meriva li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta. Il-vettura Opel kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 70 sena li jgħix Ħal Balzan.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.