Numru kbir ta’ residenti fl-Istat ta’ New South Wales jinsabu fuq standby biex jabbandunaw djarhom u joħorġu miz-zoni familjari, fost il-ħalbiet tax-xita kontinwi li kkaġunaw diversi sitwazzjonijiet kaotiċi għall-poplu.
Fl-aħħar sigħat, numru ta’ xmajjar faqgħu l-art fost l-inżul tax-xita qawwija u waqt li l-ilma kompla jfur mid-digi.
L-infrastruttura wkoll qed iġarrab ir-riżultat tal-elementi, b’numru ta’ zoni jispiċċaw inaċċessibbli. F’din is-sitwazzjoni lanqas mhu qed ikun permess l-aċċess mill-pont prinċipali ta’ North Richmond.
L-awtoritajiet fi New South Wales qegħdin jistennew l-agħar inċidenza ta’ għargħar għal għexieren ta’ snin u bl-iskwadri għall-emerġenzi u l-fergħat lokali tad-dgħajjes tas-salvataġġ, bħalissa, qed iduru fiz-zoni mgħarrqin biex jgħinu lin-nies li setgħu spiċċaw iżolati fi djarhom.
//= $special ?>