Futbol Sport

Celtic u Rangers jaqsmu l-punti fl-Old Firm derby

(Ritratt: BBC Sport)

Fl-Old Firm derby, f’Celtic Park, Celtic u Rangers temmew fi dro ta’ 1-1. Celtic fetħu l-iskor tit-23 minuta meta minn cross ta’ Odsonne Edouard kien MOHAMED ELYOUNOUSSI li laħaq bir-ras u tefa’ għal ġewwa għal 1-0. Minkejja dan iċ-champions Rangers kisbu d-dro fit-38 minuta, meta minn corner ta’ Borna Barisic, id-daqqa ta’ ras ta’ Leon Balogun sabet lil ALFREDO MORELOS li mill-viċin skorja għal skor finali ta’ 1-1.

Qabel din il-partita iż-żewġ timijiet għażlu li ma jinżlux għarkupptejhom wara li plejer ta’ Rangers allegatament irċieċa kummenti razzisti minn plejer ta’ Slavia Praha fil-partita tagħhom fl-Europa League.