Internazzjonali

Covid-19:Jiżdiedu l-każi fl-Ewropa bil-Ġermanja taħseb biex testendi l-lockdown…

epa08413191 An employee wearing protective face mask passes the entrance of the factory premises of the Westfleisch meat processing company in Hamm, Germany, 10 May 2020. A large-scale corona test was started in Hamm on more than 1,000 'Westfleisch' employees. The reason for the action by the city of Hamm was the reports from the cities of Coesfeld and Oer-Erkenschwick, where hundreds of employees of 'Westfleisch' slaughterhouses were infected. The German Government and local authorities had recently relaxed measures which should have curbed the spread of the coronavirus SARS-CoV-2, which causes COVID-19 disease. EPA-EFE/FRIEDEMANN VOGEL

Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, qed taħseb biex testendi l-lockdown attwali f’pajjiżha għal April bis-sitwazzjoni lokali għadha inkwetanti ħafna.

Id-deċiżjoni potenzjali – li tidher relatata għar-rata għolja ta’ infezzjonijiet u l-biża’ dwar ir-riperkussjonijiet minn tielet mewġa tal-virus – għandha tkun diskussa dalwaqt mal-kapijiet tar-reġjuni tal-Ġermanja.

Fl-istess ħin, il-każi tal-coronvirus fil-Polonja żdiedu b’27 fil-mija f’perjodu ta’ ġimgħa – bi kważi 22,000 każ ġdid ikunu rappurtati fl-aħħar perjodu ta’ 24 siegħa.

Min-naħa tagħha, it-tabiba Mary Ramsay, tal-Public Health England (PHE), qalet li r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija — fosthom il-ħarsien tad-distanzi soċjali u l-ilbies tal-maskri – kapaċi jdumu għal ftit snin oħra.

Ramsey, li tmexxi s-settur tat-tilqim mal-PHE, qalet li n-nies, issa, draw jgħixu bir-restrizzjonijiet minimi bħall-ilbies tal-maskri u għaldaqstant, l-ekonomija tista’ tkompli taħt dawn il-kundizzjonijiet li jeħtieġu jkunu mħarsa sew bil-għan li ma jintilifx kontroll tas-sitwazzjoni.