Illum edizzjoni speċjali tal-programm Replay fejn se jkun qed ixandar dokumentarju speċjali li tfakkar il-memorja tal-President ta’ Hibernians li miet nhar it-Tnejn li għadda wara 43 sena fil-Presidenza tal-klabb.
B’kitba u produzzjoni ta’ Christian Micallef, id-dokumentarju se jkun qed jiġbor intervisti u testimonjanza ta’ diversi persuni li missew direttament ma’ Tony tul il-karriera amministrattiva tiegħu fil-futbol Malti.
Wara d-dokumentarju mill-istudio ta’ Replay, programm ta’ diskussjoni li jkompli jfakkar il-memorja ta’ wieħed mill-ġentlomi ‘l kbar li qatt kellu l-futbol Malti, b’aktar interventi ta’ personalitiajiet different inkluż minn klabbs avversarji li jafu lil Tony mill-qrib. Il-programm Replay jibda fit-8.30pm fuq Net Television u l-paġna ta’ Replay fuq Facebook.
Segwi l-promo tal-programm ta’ llejla fil-link: https://www.facebook.com/ReplayNetTelevision/videos/275657670605663
//= $special ?>