Waqt li Pulizija mir-Rapid Intervention Unit kienu qed jagħmlu ronda u spezzjonijiet f’diversi toroq, karozzi tal-linja u ħwienet ġie nnutat li raġel kien qed jaġixxi b’mod sspettuż fi ġnien pubbliku fi Triq Patri Feliċjan Bilocca, il-Marsa għal ħabta tal-għaxra u nofs ta’ dalgħodu.
Waqt li l-Pulizija bdew mixjin lejh, dan deher jarmi kalzetta qalb is-siġar. Minħabba f’hekk, ir-raġel ġie arrestat, inġabret il-kalzetta u fiha nstabu 13-il pakkett b’sustanza aktarx kannabis lesti biex jiġu ttraffikati, flimkien ma’ €225 fi flus kontanti.
Wara din is-sejba, il-Pulizija tal-Għassa tal-Ħamrun wettqet ukoll tfittxija fir-residenza tiegħu f’Birżebbuġa fejn instabu oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga, fosthom miżien u numru kbir ta’ boroż u pakketti żgħar vojta, u madwar €900 fi flus kontanti.
Ir-raġel, li huwa Niġerjan u għandu 27 sena, qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija filKwartieri Ġenerali, il-Furjana.
//= $special ?>

