Lokali

Jinqabad b’karozza misruqa u mimlija droga

Raġel ta’ 34 sena prova jaħrab wara li avviċinawh il-pulizija hekk kif innotaw li l-vettura kienet ġiet irrapurtata misruqa iżjed kmieni dan ix-xhar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar waqt ronda fi Triq il-Kappuċċini, il-Furjana fejn wara li ġie miżmum bdiet tfittxija fuqu u nstabu mat-13-il qartas b’sustanza suspettata kokaina kif ukoll madwar €300. It-tfittxijiet komplew fir-residenza tar-raġel, fejn il-pulizija sabet madwar €800 oħra flus kontanti kif ukoll miżien elettroniku.

L-investigazzjonijiet taż-żewġ każijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun u tal-Belt Valletta rispettivament.