Lokali

Joseph Muscat jgħid li dan hu “allegat każ ta’ korruzzjoni fis-settur privat”

“Wara ħafna stejjer, akkużi u bosta inkjesti, tressqu quddiem il-Qorti numru ta’ persuni akkużati b’allegat każ ta’ korruzzjoni fis-settur privat.”

Kien dan li qal l-eks Prim Ministru Joseph Muscat f’post fuq Facebook dwar l-aħħar żviluppi li seħħew fl-aħħar sigħat f’pajjiżna.

Muscat qal li l-korruzzjoni tinsab biss fis-settur privat minkejja li Keith Schembri kien l-id il-leminija tiegħu meta kien qed imexxi l-Gvern Laburista fl-aħħar snin hekk kif kien fil-kariga ta’ Chief of Staff f’Kastilja… liema kariga turi fiċ-ċar l-involviment li Schembri kellu fi ħdan il-kuriduri tal-Gvern.

Minkejja li kien Keith Schembri stess f’xhieda li ta fil-Qorti li saħaq li kien huwa nnifsu li ħeġġeġ lil Muscat joħroġ għat-tiġrija tal-leader fl-2008, is-sena li fiha allegatament beda jitwettaq dan kollu.