Futbol Sport

Juventus jitilfu…Milan b’rebħa fuq Fiorentina

Juventus sofrew telfa sorprendenti fl-Allianz Stadium kontra Benevento bl-iskor ta’ 1-0. B’hekk Juventus baqgħu għaxar punti wara l-leaders Inter fit-tielet post tal-kalssifika b’55 punt. Benevento skojraw il-gowl uniku tal-partita fid-69 minuta meta wara żball ta’ Arthur, ADOLFO GAICH approfitta u tefa’ għal ġewwa għal 1-0. B’din ir-rebħa Benevento baqgħu fis-sittax-il post tal-klassifika u komplew jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni.

Milan kisbu rebħa mportanti kontra Fiorentina bl-iskor ta’ 3-2 f’partita drammatika. Milan marru fil-vantaġġ fid-disa’ minuta permezz tal-attakant prolifiku ZLATAN IBRAHIMOVIC wara pass ta’ SIMON KJAER. Madanakollu Fiorentina irrispondew fis-17-il minuta meta kien ERICK PULGAR li bi ġmiel ta’ free kick għeleb lil Donnarumma għal 1-1. Qabel tmiem l-ewwel taqsima iż-żewġ timijet kienu viċin il-gowl meta laqtu il-lasta permezz ta’ German Pezzella u Zlatan Ibrahimovic rispettivament. Fil-51 minuta Fiorentina ħadu l-vantaġġ permezz tal-veteran FRANCK RIBERY wara pass ta’ Dusan Vlahovic. Sitt minuti wara Milan kisbu d-dro meta minn pass ta’ Simon Kjaer kien BRAHIM DIAZ li minn qagħda faċli tefa’ ġewwa għal 2-2. Milan skorjaw il-gowl tar-rabħa fit-72 minuta meta minn pass ta’ Franck Kessie, kien HAKAN CALHANOGLU li skorja l-gowl importanti li ta’ rebħa lil Milan. B’hekk Milan għalqu id-distakk ma’ Inter għal sitt punti, b’Inter ikollhom partita nieqsa.Fl-iStadio Marcantonio Bentegodi Atalanta kisbu rebħa barra minn darhom għand Hellas Verona bl-iskot ta’ 2-0.

Fl-aħħar partita tal-ġimgħa Napoli għelbu lil Roma barra minn darhom bl-iskor ta’ 2-0. Napoli marru fil-vantaġġ fis-27 minuta permezz tal-Belġjan DRIES MERTENS li bi ġmiel ta’ freekick angolat għeleb lil gowlkiper ta’ Roma Pau Lopez għal 1-0. Napoli rdoppjaw fl-34 minuta permezz tal-istess DRIES MERTENS, fejn wara li waqqawlu l-ballun Matteo Politano, tefa’ ġewwa bir-ras għal skor ifnali ta’ 2-0. B’din ir-rebħa Napoli telgħu fil-ħames post tal-klassifika u qabbżu lill-istess Roma bi 53 punt, tliet punti aktar minn Roma, li jinsabu fis-sitt post.

Atalanta fetħu l-iskor fit-33 minuta meta Federico Dimarco deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, bir-referee, Luca Pairetto, jordna penalty. Mill-ħdax-il metru RUSLAN MALINOVSKY ma żbaljax għal 1-0. Atalanta komplew jamministraw il-partita biex tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima rduppjaw permezz tal-attakant prolifiku DUVAN ZAPATA, li wara ġirja tajba tefa’ ġewwa għal 2-0.
B’hekk b’din ir-rebħa Atalata telgħu fir-raba’ post tal-klassifika b’55 punt, b’logħba aktar min-Napoli li jinsabu fil-ħames post. Min-naħa l-oħra Hellas Verona baqgħu fid-disa’ post bi 38 punt.

Fil-Luigi Ferraris Stadium Sampdoria kisbu rebħa mportanti kontra Torino bl-iskor ta’ 1-0. Sampdoria skorja il-gowl li tagħhom ir-rebħa fil-25 minuta, meta minn cross ta’ Manolo Gabbiadini, kien ANOTNIO CANDREVA li tefa’ ġewwa mill-viċin. B’hekk b’din ir-rebħa Sampdoria saħħew posthom f’nofs il-klassifika fl-għaxar post b’35 punt. Min-naħa l-oħra Torino baqgħu punt biss ‘il fuq miż-żona relegazzjoni, fis-sbatax-il post bi 23 punt.

It-tim mill-kapitali Lazio għelbu lil Udinese barra minn darhom bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fis-37 minuta meta minn pass ta’ Ssergej Milinkovic-Savic , kien ADAM MARUSIC li kkonkluda wara l-gowlkiper t’Udinese Juan Musso.B’hekk Lazio resqu viċin il-postijiet tal-Ewropa fis-seba’ post tal-klassifika b’49 punt, punt biss ‘il bogħod mir-rivali Roma. Min-naħa l-oħra, Udinese baqgħu fit-tnax-il post bi 33 punt.

Il-Ġimgħa; Parma v Genoa 1-2 ; Ilbieraħ: Crotone v Bologna 2-3, Spezia v Cagliari 2-1, Inter v Sassuolo posp.
Illum: H.Verona v Atalanta 0-2, Juventus v Benevento 0-1, Sampdoria v Torino 1-0, Udinese v Lazio 0-1, Fiorentina v Milan 2-3, Roma v Napoli 0-2