Lokali

Laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari tal-PN

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sejjaħ laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari li se ssir illum il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021 fis-6pm.

Din il-laqgħa ssejħet fid-dawl tal-iżviluppi serji li seħħew fl-aħħar sigħat fejn l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, flimkien ma’ disa’ persuni oħra u numru kbir ta’ kumpaniji, tressqu l-Qorti akkużati b’reati serji ta’ ħasil ta’ flus, korruzzjoni, xhieda falza, frodi, falsifikazzjoni, dikjarazzjonijiet foloz u assoċjazzjoni biex jitwettqu reati f’Malta.

Dawn l-akkużi nħarġu wara li fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew tlestew żewġ inkjesti maġisterjali li kienu bdew fuq talba tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil dwar il-bejgħ tal-passaporti u dwar tixħim bejn Keith Schembri u Adrian Hillman.