Mara ta’ 55 sena tingħatat il-ħelsien mill-arrest wara li ġiet mressqa quddiem il-Qorti b’akkużi ta’ vjolenza domestika fuq ir-raġel tagħha.
Il-mara ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li r-raġel tagħha stess tkellem mal-prosekuzzjoni u saħaq magħhom li ma jixtieqx li r-rapport tiegħu jitfa’ iktar piż fuq ir-relazzjoni ta’ bejniethom. Kien għalhekk li l-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest, basta li l-akkużata tgħix f’post differenti.
L-Avukat tad-difiża Franco Debono, laqa’ l-ftehim li sar bejn iż-żewġ partijiet biex f’dan il-każ jiġu protetti kemm l-allegat vittma kif ukoll l-allegat aggressur.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, tat il-ħelsien mill-arrest lill-akkużata, fejn il-mara trid tiffirma fl-għassa ta’ San Ġiljan, u tkun id-dar sas-sebgħa ta’ filgħaxija, b’garanzija personali ta’ €5,000.
Hi ġiet ordnata wkoll ma tagħmel ebda kuntatt mar-raġel tagħha sakemm jinqata’ l-każ.
//= $special ?>