Raġel ta’ 26 sena minn San Ġwann, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kellu fil-pussess tiegħu materjal pornografiku tat-tfal, inkluż ta’ bintu li għandha erba’ snin
Hu ġie akkużat li ġiegħel lit-tifla tiegħu tagħmel affarijiet sesswali sabiex ikun jista’ jiffilmjahom. Hu kien juża dawn il-filmati sabiex jibdilhom ma’ filmati tat-tfal oħra.
L-akkużat ġie mixli wkoll li kien juża dawn il-filmati biex jgħaddihom lil terzi persuni filwaqt it-terzi persuni jibgħatulu filmati oħrajn pornografiċi ta’ tfal oħrajn.
Għall-akużat saret talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Qorti preseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri tiċħad it-talba.
//= $special ?>