Mya Azzopardi kisret it-rekord nazzjonali tal-għawm freestyle tal-200 metru waqt il-kompetizzjoni Internazzjonali Turkcell fit-Turkija.
Azzopardi kisbet ħin ta’ 2:06.48, biex kisret ir-rekord tagħha stess li kienet kisbet f’Kasan, ir-Russja, meta dakinhar kisbet ħin ta’ 2:06.76 fil-kampjonati Ewropej Juniors tal-Len fl-2019.
Sadanittant, f’Erzurum it-Turkija, għaxar għawwiema Maltin qegħdin jattendu kamp ta’ taħriġ bejn is-17 ta’ Marzu u s-6 t’April. Dan it-taħriġ qed isir bi preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi iż-Żgħar li se jsiru f’Malta fl-2023. It-taħriġ jikkonsisti f’taħlita ta’ taħriġ fil-gym u sessjonijiet fil-pixxina.
L-għawwiema li qed jieħdu sehem fil-kamp ta’ taħriġ huma Luke Ellul Sullivan, Maya Galea, Sasha Gatt, Emily Grech Carr, Andrea Mallia, Amy Micallef, Michela Portelli, Rudi Spiteri, Sean Wareing u Thomas Waering.
//= $special ?>