Futbol Sport

Plejer ta’ Crotone fil-mira ta’ kummenti razzisti

Il-plejer ta’ Crotone, Nwankwo Simy, kien fil-mira ta’ kummenti razzisti fuq il-midja soċjali wara t-telfa ta’ 3-2 li kellhom Crotone kontra Bologna.

Wara li ftit ġimgħat qabel sieħbu tal-istess tim, l-Alġerin Adam Ounas, kien ukoll fil-mira ta’ kummenti simili, in-Niġerjan Simy tefa’ fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram, il-kummenti li rċieva. Ironikament, din il-ġimgħa, qabel il-partiti kollha tas-Serie A qed jintwera vidjo kontra r-razzismu fil-fubtol.