Lokali Qorti

Żagħżugħ ta’ 18 il-sena jinżamm arrestat wara li seraq mingħand familtu

Żagħżugħ ta’ 18-il sena nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li seraq flus kontanti mingħand membri tal-familja tiegħu.

Huwa ġie mixli wkoll li kiser l-ordni ta’ probation mogħtija minn sentenza fl-2020.

L-avukat tal-għajnuna legali għamel talba għall-ħelsien mill-arrest, fejn argumenta li r-reat jammonta biss għal madwar €500.

Madankollu l-prosekuzzjoni oġġezzjonat fuq il-bażi ta’ intralċ ta’ provi, u għaldaqstant il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u stiednet lill-prosekuzzjoni biex tħarrek mill-aktar fis lix-xhieda tagħha.