Żewġ żgħażagħ ta’ 28 sena, residenti San Pawl il-Baħar u l-Mosta rispettivament ġew arrestati b’rabta ma investigazzjoni mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji.
Dan b’rabta mal-istess każ li nstemgħa l-Ħadd filgħodu fil-Qorti wara li raġel inżamm taħt arrest wara li kien akkużat b’pussess u tixrid ta’ materjal indiċenti ta’ minuri, inkluż ta’ bintu ta’ 4 snin.