L-awtoritajiet fl-Istat ta’ New South Wales ħarġu allert mill-aktar serju dwar il-maltemp li qed jolqot l-inħawi, b’talanqas 18,000 jispiċċaw evakwati minn diversi zoni li nħakmu mill-akbar inċidenza ta’ għargħar għal għexieren ta’ snin.
L-evakwazzjonijiet mistennija jkomplu fis-sigħat li ġejjin fost it-tbassir ta’ aktar xita qawwija – u bis-sitwazzjoni tal-allert qed tapplika għat-territorju tal-kosta kollu f’New South Wales.L-aħħar jiem ta’ xita qliel faqgħu numru kbir ta’ xmajjar u digi, bl-għargħar issa qed jikkonċentra fil-madwar ta’ Sydney, il-kapitali tal-Istat, kif ukoll fi Queensland lejn ix-xlokk tal-pajjiż.
L-awtoritajiet qed ifissru l-livell tal-għargħar bħala ‘każ uniku li wieħed jara f’kull 50 sena’, bl-Uffiċċju Meteroloġiku tal-Awstralja fl-aħħar sigħat iwissi dwar ‘irwiefen u movimenti mhux tas-soltu tal-oċean’ ‘il hinn New South Wales. Dan meta mal-10 miljun resident f’kull stat u territorju Awstraljan ( ħlief Western Australia) qed ikunu suġġetti għall-allert dwar il-maltemp.
Filwaqt li ma kenux irrappurtati l-imwiet fi New South Wales, l-għargħar u l-maltemp ikkaġunaw il-ħsarat sostanzjali fiz-zoni affettwati li fihom jgħixu madwar terz tal-poplu Awstraljan ( ta’ 25 miljun).
//= $special ?>