Lokali Qorti

Elf ewro multa wara niżżel il-qalziet waqt ġlieda

Raġel ta’ 47 sena minn Santa Venera li ismu jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti u li xogħolu huwa ta’ deliveryman ġie mmultat elf ewro wara li ammetta li waqt argument bejn il-ġirien qabad u niżżel il-qalżiet.

Fil-Qorti, ir-raġel ammetta li offenda l-pudur jew il-morali b’għemilu f’post pubbliku. Dwar l-akkuża li wettaq atti b’konotazzjonijiet sesswali, li setgħu raġonevolment jiġu kkunsidrati bħala offensivi, umiljanti, degradanti, u intimidatorji, huwa ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin.

Il-Maġistrat Ian Farrugia widdbu biex bl-ebda mod ma jkellem persuni oħra involuti fil-każ. Wissieh ukoll biex ma jdejjaqhomx u nfurmah li hemm konsegwenzi ta’ pieni ħorox kemm ta’ ħabs u multi dwar dan.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għall-persuni nvoluti. Ordnat ukoll li ma jissemmewx l-ismijiet tal-persuni kollha nvoluti f’dan il-każ. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kylie Borg u Roderick Attard u għal ħati deheret l-avukat Mariaha Mula.