“Bil-kumment tiegħek qed turi li għalikom xejn mhu xejn”.
“F’riskju li nitilfu kollox”

Dawn kienu uħud mill-kummenti fil-konfront tal-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia wara li li kiteb status fuq Facebook jattakkar lill-Kap tal-PN Bernard Grech u jfaħħar lill-Gvern Laburista, inkluż lil Robert Abela.
Kienu l-ħafna kummenti fejn qalulu li aħjar baqa’ sieket f’dan il-mument.
“Kont taqta’ figura aħjar kieku ma’ ktibt xejn!”

Persuna oħra qalu li ma jistgħux jibqgħu jippretendu li kollox “business as usual”.
“Ma tippretendux li kollox ikompli “business as usual” għal li jista jkun?”

Oħrajn qalu li l-Lejbor iġibek tistħi li int Malti, filwaqt li oħrajn appellaw biex jieqaf jitkellem b’dan il-mod u jikkundanna pubblikament il-korruzzjoni tal-Gvern Laburista u l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
