Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li minkejja dak li qed iseħħ fil-pajjiż, il-gvern għadu jipprova jgħatti u jipproteġi x-xibka ta’ kriminalità u korruzzjoni fil-pajjiż.
Fil-parlament Therese Comodini Cachia qalet li l-gvern Laburista appunta nies li ma kienux ideoni biex imexxi lil dan il-pajjiż u sostniet li dawn in-nies għażlu li jaħdmu għalihom innfushom flok għall-interess tal-familji. Hi tkellmet dwar il-ġustizzja politika li għadha ma saritx ma’ kull familja, ħaddiema u negozjant onest li ilhom jikkomeptu ma’ dawn in-nies diżonesti.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li ħadd ma vvota lill-PL biex xi grupp ta’ nies diżonesti jkunu protetti li kissru r-reputazzjoni tal-pajjiż. Dan qed iweġġa’ mhux biss lin-Nazzjonalisti iżda lil-Laburisti wkoll. Dawn kienu snin ta’ impunità li kienu bbażati fil-mod kif gvern jikkontrolla l-istituzzjonijiet pubbliċi.
Id-deputat Nazzjonalista sellmet lill-ġurnalisti, lis-soċjetà ċivili u lill-PN għall-investigazzjoni li għamlu fejn kienet Daphne Caruana Galizia li ħames snin ilu bdiet tiżvela l-każi ta’ korruzzjoni u l-mod kif il-gvern inħataf minn klikka ta’ kriminalità; dan ma kienx gvern vittma iżda kompliċi magħhom u jipproteġiehom.
Therese Comodini Cachi sostniet li l-gvern għadu sal-lum jipprova jgħatti din ix-xibka ta’ kriminalità u kompliet li l-impunità għadha għaddejja. Għalhekk il-pass ta’ nhar is-sibt jibqa’ żgħir iżda hu opportunità li l-pajjiż ma jistax jitlef. Il-Maltin għandhom jagħtu messaġġ qawwi u wieħed lill-gvern biex imexxu sew flus il-poplu.
Il-Prim Ministru għandu jappunta persuni f’karigi pubbliċi li jkunu lesti jirrispettaw il-prinċipji tal-governanza tajba li twassal għal governanza sostenibbli b’kultura ta’ integrità; dan hu li dan il-gvern neżża’ lill-pajjiż minnu.
//= $special ?>