David Thake, PN
Il-Gvern dalgħodu waqqaf lill-ministri milli jwieġbu mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista David Thake dwar jekk fil-Kabinet tal-ministri hemmx kriminali.
Kien fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari li d-deputat Nazzjonalista David Thake staqsa lill-Ministru Miriam Dalli jekk il-Prim Ministru staqsihiex jekk kinitx hi l-ministru li rrefera għalih ix-xhud Vince Muscat Il-Koħħu meta fix-xhieda tiegħu fil-qorti indika li kien hemm ministru tal-Gvern li kien involut f’każ kriminali kbir.
Filwaqt li l-Ministru Dalli ma weġbitx il-mistoqsija tad-deputat Thake, il-Whip Laburista Glenn Bedingfield oġġezzjona li jsiru dawn il-mistoqsijiet għaliex m’humiex skont l-ordnijiet tal-parlament. Il-Ministru Miriam Dalli wieġbet biss billi akkużat lill-Oppożizzjoni b’kampanja ta’ mibgħeda.
Id-deputat Nazzjonalista David Thake irreaġixxa billi sostna li l-poplu għandu dritt ikun jaf jekk fil-Kabinet tal-ministri hemmx kriminali.
//= $special ?>