Perry, se jkun il-mascot għal-Logħob tal-Commonwealth li huma skedati li jsiru s-sena d-dieħla f’Birmingham fl-Ingilterra bejn it-28 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu.
Id-disinn tal-mascot li ntagħżel wara kompetizzjoni nazzjonali li saret fis-sajf li għadda huwa ta’ tifla ta’ 10 snin Emma Lou u huwa simbolu tal-identità, l-kultura u l-istorja ta’ Birmingham u West Midlands. Il-barri huwa annimal sinonimu mal-belt ta’ Birmingham wara li żona kummerċjali fil-belt saret magħrufa bħala Bull Ring bl-istess sit jingħalaq għal Bullring shopping centre fejn fl-entratura hemm statwa ta’ barri tal-bronż.
L-isem Perry intagħżel wara l-isem taż-żona Perry Barr, fejn hemm l-Alexander Stadium li fih qed issir rinovazzjoni sabiex ikun jista’ jospita avvenimenti tal-atletika tal-Logħob tal-Commonwealth kif ukoll iċ-ċermonji tal-ftuħ u tal-għeluq tal-istess logħob.
//= $special ?>