Lokali

Ir-rapport finali fi ftit jiem oħra

Il-Moneyval jinsab maghna – dalwaqt ikun ippubblikat ir-rapport finali.

Dan gie zvelat mill-gazzetta The Malta Independet illi fil-faccata taghha tistqarr kif fl-ahhar xhur saru numru ta’ bidliet legislattiviu kif ukoll bidliet ta’ nies li jokkupaw pożizzjoni għolja fil-pajjiż … iżda dawn saru sabiex jakkomodaw lil-esperti tal-Moneyval.

L-Independent tghid li l-Gvern kellu biżejjed żmien, sa Ottubru, biex jimplimenta it-58 rekomadazzjoni li ghamlet il-Moneyval sabiex tisaħħah il-hidma kontra l-kriminalita’ finanżjarja ….u sabiex pajjizna ma jaqax fil- “grey list” ta’ ġurisdizzjonijiet b’riskju għoli.

Skond l-Independent, l-aħħar rapport li l-Gvern provda lill-Moneyval kien fil-5 ta’ Ottubru …u dan kien jinkludi bidliet leġislattivi li ħa il-pajjiż wara li falla it-test oriġinali.

Huwa mifħum li l-proċess biex il-Moneyval tannalizza ir-rapport u tieħu deċizzjoni fuqu dam iktar mis-soltu minħabba l-pandemija tal-Coronavirus ….u għalhekk l-esperti kellhom jipposponu iż-żjara tagħhom f’Malta.

Issa, dan ir-rapport tal-Moneyval mistenni joħrog din il-ġimgħa jew il-ġimgħa d-dieħla.