Lokali

“Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna tkissret minn min kellu l-poter f’idejh” – PN

“Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jinsisti li ssir ġustizzja politika. Issa huwa l-mument li jkun hemm paġna ġdid għal pajjiżna.”

Kien dan is-sentiment komuni taż-żewġ Deputati Nazzjonalsiti Therese Comodini Cachia u Beppe Fenech Adama f’konfrenza tal-aħbarijiet b’reazzjoni għall-arresti li seħħew fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.  

Il-Kelliem għall-Governanza Tajba Therese Comodini Cachia qalet li dak li seħħ is-Sibt li għadda kellu konsegwenzi serji għall-pajjiż… fejn pajjiżna ilu 5 snin jipprova jimxi ‘ quddiem minħabba l-impunità li kissret ir-reputazzjoni ta’ Malta… impunità ibbażata fuq ħtif ta’ istituzzjonijiet.

Hija qalet li kull ftit informazzjoni li qed toħroġ  qed tkompli tikxef l-għanqbut li hemm fil-Gvern Laburista u li qed jagħmlu sfregju lill-interess ta’ pajjizna. Snin ta’ tmexxija li tmur kontra l-governanza xierqa.

Illum għandna Gvern li għadu qed jipproteġi lil dawn il-persuni maħtura f’karigi pubbliċi. Dan kollox juri nuqqas ta governanza xierqa.

Quddiem dan kollu il-Prim Ministru għandu jieqaf jipproteġi lil min jaħdem kontra Malta. Hemm bżonn li pajjiżna jkun konvint li l-governana tajba hija t-triq li twassal għal governanza sostenibbli.

Min-naħa tiegħu l-Kelliem responsabbli mill-Intern u s-sigurtà nazzjonali Beppe Fenech Adami qal li dak li seħħ is-Sibt huwa biss pass żgħir biex issir ġustizzja.

Huwa qal li pajjiżna għandu Prim Ministru li qed jibqa’ jiddefendi lilu nnifsu billi jgħid li dak li ġara ma seħħx meta hu kien parti mill-Gvern… iżda dan mhux minnu għax Abela huwa kontinwazzjoni ta’ Joseph Muscat.  

Filfatt l-ghajta ta’ Abela fit-tiġrija għall-kap tal-Partit Laburista kienet il-wegħda ta’ kontinwità u għalhekk issa ma jistax jipprova jiddiskatta ruħu minn dak li seħħ.

Beppe Fenech Adami saħaq li l-Partit Laburista qed jagħti l-impressjoni li dawn ma seħħewx taħt Gvern Laburista…. iżda din hija gidba wkoll għax l-ewwel inkjesta tirrigwardja l-bejgħ tal-passaporti – idea proposta mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Huw kompla jgħid li l-ipokresija u l-ipokresija tal-PL u  tal-Gvern immexxi minn Robert Abela wara li ma ddefendewx lil KS tidher ukoll fil-mod kif id-Deputati Laburisti ġabu ruħhom fil-Parlament f’dawn l-aħħar xhur.

Quddiem dan kollu, dan huwa l-mument fejn pajjiżna għandu jkollu paġna ġdida…. paġna ġdida li jista’ joffriha biss il-Partit Nazzjonalista.