Numru ta’ uffiċjali tal-pulizija spiċċaw fil-mira ta’ attakki vjolenti waqt li kienet qed issir dimostrazzjoni fi Bristol fir-Renju Unit. Uffiċjali Ingliżi infatti qed isofru xi ġrieħi, b’pulizija sa anki jikser idu.
Kollox qed jindika li l-pulizija weġġgħu waqt dimostrazzjoni li ġġib l-isem “Kill the Bill”, din id-dimostrazzjoni li fil-bidu kienet paċifika nħakkmet minn elementi ta’ vjolenza.
Infatti fl-aħħar sigħat tal-Ħadd saru attakki fuq għadd ta’ vetturi tal-pulizija, u kif ukoll l-għassa tal-pulizija li tinsab fi New Bridewell.
Kelliema għall-pulizija qalu li tul id-dimostrazzjoni kien hemm min kellu l-piroteknika, b’numru ta’ persuni jitfgħuhom fid-direzzjoni lejn il-pulizija.
//= $special ?>