Kurżitajiet Lokali

John Rizzo jgħid li meta kien Kummissarju qatt ma kellu pressjoni politika

“Jekk qed issaqsini qattx kelli xi pressjoni, żgur li le, lanqas tgħaddili minn rasi li xi ħadd jiġi jkellmek biex tinvestiga lil dak jew ma tinvestigax lil ħaddieħor, no no qatt”

Dan kien il-kliem li wassal l-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo meta kien mistoqsi tul il-programm PROFILI jekk qattx kellu pressjoni politika biex jinvestiga jew ma jinvestigax xi każijiet meta kien Kummissarju tal-Pulizija.

John Rizzo qal li meta kien hu Kummissarju kienet kważi dejjem issir laqgħa mal-midja kull xahar, biex ikun hemm trasparenza fil-ħidma tal-pulizija.

L-eks Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija llejla se jitkellem ukoll fuq tfulitu, kif daħal fil-Korp, x’riformi wettaq u kif wara kollox kien iħares u jaffaċja l-isfidi partikolari ta’ dak iż-żmien.

L-intervista ta’ James Aaron Ellul flimkien mal-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo se tixxandar illejla fid-8.45pm fuq NET TV.

https://www.facebook.com/watch/?v=243337844149716