Lokali

Justyne Caruana tagħti kuntratt ta’ €5,000 fix-xahar lill-‘ħabib’ tagħha

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana tat kuntrat ta’ €5,000 fix-xahar għal tliet xhur lill-footballer ‘ħabib’ tagħha Daniel Bogdanovic sabiex jaħdem u jagħti pariri fuq il-kurrikulum nazzjonali tal-isport.

Storja li ġiet żvelata mill-maltatoday tgħid li dan kollu huwa minn minkejja li fl-10 ta’ Jannar, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ċaħad storja oħra li Daniel Bogdanovic kien impjegat mas-segretarjat personali tal-Ministru Justyne Caruana.

Kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li Bogdanovic ma kienx person of trust tal-istess Ministeru iżda l-istess Bogdanovic kellu business card li tgħid li hu kien “coordinating officer” fi ħdan il-Ministeru. Ismu jidher ukoll fid-direttorju tal-Gvern bħala uffiċjal fis-segretarjat tal-Ministru Caruana.

Sors: maltatoday

Il-Ministeru kien sempliċiment parti mill-Community Work Scheme tal-2019, programm immexxi mill-General Workers Union għal persuni li jkunu bla xogħol.

maltatoday ippubblikat il-kuntratt ta’ Bogdanovic li jkopri l-perjodu bejn Jannar 2021 u l-20 ta’ April 2021.

Ta’ min wieħed ifakkar li fl-2016 Daniel Bogdanovic kien arrestat minħabba allegat każ ta’ vjolenza domestika, iżda kien ingħata police bail. Il-maltatoday kienet irrapportat li l-Pulizija ħelset lill-plejer fil-ħin għal-logħba wara pressjoni li saret minn “uffiċjal tal-Gvern.”